Għada se tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejken Noah li lbieraħ ħalla din id-dinja wara li kien ilu erba’ snin jisielet il-marda tal-kanċer. Il-funeral se jsir fit-3:00 ta’ waranofsinhar fil-Knisja tal-Qawra.
Il-ġenituri ta’ Noah qed jitolbu lil kull min se jattendi għall-aħħar tislima biex ma jintlibisx l-iswed.