Fl-aħħar sigħat, Neville Gafa rriżenja minn person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Rapporti fil-midja qalu li s-Sur Gafa bagħat l-ittra tar-riżenja tiegħu t-Tlieta filgħodu, l-għada li l-Prim Ministru Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra.
Ir-riżenja tas-Sur Gafa kienet aċċettata mill-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-ġdid, Dr Clyde Caruana.