Se tittella’ edizzjoni oħra tad-‘Don Bosco Grand Concert 2020’ – One News

Notifiki

Se tittella’ edizzjoni oħra tad-‘Don Bosco Grand Concert 2020’

Il-‘Gozo Youth Wind Band’ fi ħdan il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’ għal darb’oħra qed tħejji biex tippreżenta l-Kunċert Annwali tagħha, id-“Don Bosco Grand Concert 2020”. Bħal dejjem din l-orkestra qed tagħmel ħilitha biex tintroduċi arranġamenti mużikali ġodda fix-xena lokali waqt li tipprovdi serata varjata li tinżel tajjeb ma’ kulħadd. Bħas-soltu dan il-Kunċert jiġi fi tmiemu bl-Innu lil dan il-qaddis taż-żgħażagħ San Gwann Bosco.

Bħal fil-każ tal-‘Youth Orchestra’, ‘The Gozo Youth Wind Band’ hi magħmula minn madwar ħamsin mużiċist Għawdxi li wara li jkunu temmew b’suċċess l-istudji tagħhom mużikali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, jiltaqgħu flimkien regularment biex ikunu f’qagħda li jippreżenatw diversi kunċerti matul is-sena.

Din hija t-18-il sena li dawn iż-żewġ ensembles twieldu u qatt ma waqfu jiddevertu lill-pubbliku taħt id-direzzjoni tal-Fundatur tagħhom Mro Dr Joseph Grech. Ta’ min ifakkar illi l-‘Gozo Youth Orchestra’ se tkun qed tippreżenta l-programm mużikali Not Just….The Wall is-Sibt 29 ta’ Frar 2020 fl-MCC Theatre il-Belt Valletta kif ukoll għat-13-il sena konsekuttiva ‘Opera vs Pop Under the Stars’ nhar it-Tnejn 3 ta’ Awwissu 2020 kif ukoll is-sitt Edizzjoni tal-ispettaklu mużikali ‘Stage and Proms on the Sea’ nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2020.

Fil-21 ta’ Novembru 2020  se tippreżenta wkoll kunċert Rock Orkestrali ġdid fuq il-palk tat-Teatru tal-Opra Aurora kif ukoll iktar tard it-tielet edizzjoni tas-show ‘Christmas Rocks the Astra’ matul Diċembru jekk Alla jrid! 

Intant ‘The Don Bosco Grand Concert 2020’ se jsir  nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar fuq il-palk tal-Oratorju Don Bosco Victoria. Id-dħul huwa b’xejn u l-‘Gozo Youth Wind Band’ mill-ġdid se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech.  Għall-iktar tagħrif tistgħu tikkunttjaw lil: [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *