Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ltaqa’ għall-ewwel darba taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari saret ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Abela ingħata l-ġurament tal-ħatra.
Il-Prim Ministru Abela emfasizza li l-Grupp Parlamentari issa għandu jissokta bil-ħidma tiegħu għax hemm ħafna xogħol xi jsir biex il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem.