F’Tehran: Mijiet ta’ dimostranti ħarġu jipprotestaw b’rabta mat-tiġrif tal-ajruplan Ukren – One News

Notifiki

F’Tehran: Mijiet ta’ dimostranti ħarġu jipprotestaw b’rabta mat-tiġrif tal-ajruplan Ukren

Mijiet ta’ dimostranti ħarġu fit-toroq tal-belt kapitali Iranjana, Tehran, biex jesprimu ruħhom fejn qed isostnu li l-uffiċjali huma giddibin wara li ċaħdu li l-ajruplan Ukren iġġarraf kawża ta’ missila li sparaw.
Il-protesti saru barra żewġ universitajiet, fejn ġie rrapportat li ġie sparat gass tad-dmugħ. Il-President Amerikan Donald Trump tweetja messaġġ ta’ appoġġ għad-dimostranti.

Is-Sibt li għadda, l-Iran ammetta li l-ajruplan li abbord kien hemm 176 persuna, iġġarraf kawża ta’ missila li sparaw. Sfortunatament ħadd ma salva f’dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend