In-nies qed imorru jivvutaw bi ħġarhom fl-elezzjoni għall-mexxej tal-PL – One News

Notifiki

In-nies qed imorru jivvutaw bi ħġarhom fl-elezzjoni għall-mexxej tal-PL

Il-membri tal-Kungress tal-Partit Laburista qegħdin imorru jivvutaw bi ħġarhom għall-elezzjoni ta’ mexxej.

Il-proċess tal-votazzjoni qed jitmexxa b’ritmu tajjeb, bin-nies jidħlu fil-postijiet tal-votazzjoni mxerdin fuq tlettax-il distrett u jivvutaw.

F’kull post ta’ votazzjoni, ħafna minnhom ċentri laburisti, hemm mejda għal kull lokalità u b’hekk il-membri mhux qed idumu biex jivvutaw f’din l-elezzjoni.

Bosta għażlu li jmorru jivvutaw kmieni, hekk kif fit-8am fetħet il-votazzjoni li għandha miftuħa sat-8pm.

Għall-ewwel darba fl-istorja l-Kungress tal-Partit Laburista qed jagħżel mexxej ġdid tal-Partit Laburista f’eżerċizzju wiesa’ demokratiku.

Il-Partit Laburista se jkollu d-disa’ mexxej tiegħu hekk kif jinsab fuq l-għatba li jiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tiegħu.

L-għadd tal-voti għall-elezzjoni tal-mexxej tal-Partit Laburista se jsir fis-sala ewlenija taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend