“Bkejna flimkien, illum ngħid li l-familja tiegħi ssaħħet” – One News

Notifiki

“Bkejna flimkien, illum ngħid li l-familja tiegħi ssaħħet”

Fl-aħħar diskors tiegħu mill-padiljun ta’ Raħal Ġdid il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar bosta attakki li huwa flimkien ma’ dawk l-aktar qrib tiegħu għaddew minnhom tul dawn l-aħħar tnax-il sena.

Sostna li l-politika ma tistax tkun jew tirbaħ jew tkisser lil individwu. Qal li persuni bħal dawn ma jissejħux politiċi imma jissejħu persuni kattivi u raw kif jgħidu li l-għeneb hu qares.

“Bkejna flimkien bħala familja, illum inħares lura u ngħid li l-familja tiegħi ssaħħet b’dawn l-attakki pero ma nawgura lil ħadd li jgħaddi milli għaddejt jien – frame up fuq marti, fuq familti u fuqi.  U għaliex dan?  Biex xi ħadd jipprova jirbaħ il-poter?­ le, il-politika m’għandhiex tkun hekk! ” Saħaq il-Priministru.

Dr Muscat sostna li għażel li jassorbi dawn l-attakki mingħajr ma qatt ma ta lura imma sostna li minkejja dawn l-attakki huwa xortba baqa’ rebbieħ.

“F’dawn l-attakki jien ħafna drabi għażilt li naqla’ daqqiet bla ma nagħti lura. Kienet għażla konxja għax nemmen li min ikun fl-ogħla kariga jrid ikollu thick skin, irid ikun xieref. Kien hemm ħafna ma qablux miegħi li għamilt hekk. Iżda taf x’naf, li tawni kemm tawni, qatt ma rebħuli u qatt ma rebħulna. U b’robert u chris se nibqgħu rebbieħin, il-maltin u l-għawdxin se jibqgħu rebbieħin.” Kompla jgħid Dr Muscat

Fl-aħħar diskors tiegu huwa  ta ħajr partikolari lil martu Michelle li dejjem kienet ta’ spalla għall-familja Muscat.

“Grazzi lil michelle – ħabbejtuha u nassigurakom li tħobbkom daqsi, jekk mhux iktar!  Allaħares ma kienetx hi.  L-ambizzjonijiet tiegħi għamlithom tagħha biex ngħixu din il-ħajja.  U kienet is-sinsla tal-familja tagħna meta kont dgħajjef, meta kont għajjien wara ġurnata iebsa x-xogħol u meta kont inkwetat.  U f’dan kollu għamlitha missjoni tagħha li tgħin lil dawk fil-bżonn flok tgħix ħajja iktar faċli.  Inħares ‘il quddiem li jkollna aktar ħin flimkien avolja ċert li se tibqa’ taħdem u tgħin.” Saħaq il-Prim Ministru.

Fost iċ-ċapċip tal-eluf ta’ persuni preżenti Joseph Muscat rringrazzja wkoll lil uliedu, Etoil u Soleil li għamlu din il-mixja miegħu sa minn mindu kienu għadhom ċkejknin.

Stqarr, “Forsi kelli xogħol iebes, imma dejjem ġibt lil uliedi l-ewwel u għalhekk kienu jattakkaw lilhom ukoll, għax kienu jafu li diffiċli jweġġawni mod ieħor.  Imma s-saħħa tagħhom kienet iżżommnu b’saħħti.  U jekk xi darba, fallejt xi attivita’ tagħhom minħabba li kont imsiefer bħala prim ministru, minn issa ‘il quddiem żgur li se nara li iktar minn qabel inġib lilhom u lil michelle qabel kull ħaġa oħra.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend