Persuna jew persuni mhux magħrufa serqu l-iscooter li jagħmel użu minn Damian Ebejer, persuna b’diżabilità fiżika. One.com.mt jinsab informat li l-iscooter insteraq fl-aħħar sigħat minn Triq in-Naxxar f’Birkirkara.
F’messaġġ fuq Facebook, Damian qiegħed jappella lill-pubbliku biex kull min għandu informazzjoni dwar dan l-iscooter jgħaddiha lill-Pulizija.