Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef fetaħ proċeduri ta’ libell lill-ex Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier.
Is-Sur Micallef sejjaħ bħala malafamanti u inveritieri l-allegazzjonijiet li għamel kontrih Borg Olivier f’messaġġ fuq Facebook fit-2 ta’ Jannar li għadda.
Sostna li dan il-kumment kellu l-għan li jesponih għar-redikolu u disprezz tal-pubbliku u fuq kollox biex iħammiġlu r-reputazzjoni tiegħu u kien għalhekk li fetaħ proċeduri ta’ libell.