Ikompli l-gideb ta’ NET NEWS – One News

Ikompli l-gideb ta’ NET NEWS

Għat-tieni darba fi ftit sigħat il-midja Nazzjonalista nqabdet tigdeb meta allegat li fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nbidlu xi kodiċi tas-sigurtà għall-aċċess f’wieħed mis-sulari.

Fil-fatt fis-sular imsemmi fil-preżent qed jintuża mill-kummissjoni elettorali, fil-preżenza ta’ rappreżentanti taż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista.

Fl-ebda ħin ma kien hemm xi bdil ta’ kodiċi tas-sigurtà għaliex fil-fatt, dawn ma jeżistux.

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista qal: “Għax politikament iddisprat il-Partit Nazzjonalista qed jissokta bil-gideb tiegħu.”

L-aħħar minn sensiela ta’ gideb u t-tieni waħda f’ġurnata kienet dik li nbidlu xi security codes fir-raba’ sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Ir-raba’ sular huwa l-post minn fejn qed taħdem il-Kummissjoni Elettorali u hemm ikun hemm ukoll ir-rappreżentanti taż-żewġ kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Laburista.

“Il-gideb tal-Partit Nazzjonalista ma jafx limitu”. temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *