Kważi 3,000 siegħa ta’ xemx u 546 mm ta’ xita – One News

Notifiki

Kważi 3,000 siegħa ta’ xemx u 546 mm ta’ xita

Fl-2019, Malta gawdiet minn 2,929 siegħa ta’ xemx, filwaqt li xxarrbet minn 546 millimetru ta’ xita.

F’ħarsa lejn it-temp matul is-sena li għadha kif intemmet, l-aktar xahar xemxi kien Lulju, u l-inqas, Diċembru.

L-ogħla temperatura fl-2019 qabżet id-39°C f’Lulju, filwaqt li l-inqas niżlet għal 3.7°C fit-23 ta’ Frar. L-istess jum li fih pajjiżna esperjenza grigalata qawwija b’riefnu.

It-temperaturi tal-baħar ta’ kull xahar kienu ogħla mill-medja tul l-2019, ħlief f’Mejju.

Minkejja li l-ewwel xahar tas-sena esperjenza ammont ta’ xita li kien ogħla mill-medja, kien Novembru, ix-xahar li fih niżlet l-aktar xita – kważi 20% tax-xita kollha li niżlet fl-2019.

Matul is-sena, l-Uffiċċju Meteoroloġiku rreġistra 47 maltempata bir-ragħad u s-sajjetti; bl-aktar xahar tempestuż kien Ottubru.

Is-sitt xahar tas-sena kien l-aktar Ġunju sħun sa mill-1923, b’mewġa ta’ sħana li laqtet lill-gżejjer Maltin fil-bidu tax-xahar, li kompliet f’Lulju.

L-2019 kienet aktar xotta mill-medja, u ntemmet fuq nota kemmxejn kiesħa hekk kif it-temperatura niżlet għal madwar 7°C fl-aħħar jumejn tas-sena, u partijiet mill-gżejjer Maltin esperjenzaw ħalbiet tax-xita bis-silġ.

Madanakollu, Diċembru kien aktar sħun u xemxi min-norma klimatika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend