Rikonoxxuti l-aqwa films tas-sena fil-Golden Globes – One News

Notifiki

Rikonoxxuti l-aqwa films tas-sena fil-Golden Globes

Joker, Once upon a time in Hollywood u 1917.

Uħud mill-films rebbieħa tas-77 edizzjoni tal-Golden Globes il-Ħadd filgħaxija f’Los Angeles.

Kienet ċerimonja mimlija sorpriżi u bħas-soltu ma naqsux il- kontroversji l-aktar wara d-diskors tal-preżentatur ewlieni Ricky Gervais.

B’ton umoristiku ċanfar lill-atturi kollha preżenti għad-diskorsi politiċi u kulturali tagħhom kull darba li jingħataw unur.

Lil hinn minn hekk ħafna mid-diskors ffoka fuq il-kisbiet ta’ Joaquin Phoenix u Brad Pitt bħala l-aqwa atturi fl-irwol tagħhom.

Fil-fatt il-film Joker rebaħ l-unur tal-aqwa mużika f’film u l-aqwa attur prinċipali filwaqt li Once upon a time in Hollywood rebaħ l-aqwa kummiedja, l-aqwa script u l-aqwa attur f’parti mhux prinċipali.

Dwar dan u aktar tkellimna mal-kritiku tal-films Ruth Frendo fejn elenkat uħud mir-rebbieħa. Hija spjegat: “Din is-sena l-aħjar li marru huma Once Upon a Time in Hollywood li rebaħ bħala l-aqwa kummiedja, għall-aqwa script u għall-aqwa attur f’parti mhux prinċipali. Imbagħad kellna 1917 li rebaħ l-aqwa drama u għall-aqwa Direttur Sam Mendez umbgħad kellna lil nies bħall Renèe Zellweger, Joaquin Phoenix – Joker u Joker rebaħ ukoll għall-aqwa mużika.”

Hija tkellmet ukoll dwar xi diżappunti li kien hemm fosthom il-film The Irishman maħdum mill-ġganti Robert DeNiro, Al Pacino u Joe Pesci. Ruth Frendo fissret: “Kien hemm stennija kbira fil-fatt Netflix li kienet l-isem tal-produzzjoni wara dan il-film. Għamlet kampanja nefqet ħafna flus madankollu mhux talli kien hemm xi nomini però ma rebħu xejn talli nies bħal Robert De Niro li ħafna stennew li ħa jkollu nomina bħala l-aqwa attur f’parti prinċipali, lanqas biss kellu nomina.”

Frendo spjegat ukoll kif l-unuri tal-Golden Globes mhux neċessarjament jindikaw min se jkunu r-rebbieħa tal-Oscars li jmiss. Frendo temm tgħid: “Huma magħrufa l-Golden Globes għax jagħtu opportunitajiet, għax jagħtu premijiet li ldawk li jkunu għadhom ġodda xi ħaġa li l-Oscars ma tantx huma magħrufin għaliha.”

B’hekk issa l-istennika tkun għat-92 edizzjoni tal-Oscars li ser isiru fid-9 ta’ Frar fit-teatru Dolby f’Los Angeles

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend