Il-President George Vella kien ippreżentat bis-sett ta’ 4 kotba ‘Għamlu isem’ mill-awtur Joe Julian Farrugia – One News

Notifiki

Il-President George Vella kien ippreżentat bis-sett ta’ 4 kotba ‘Għamlu isem’ mill-awtur Joe Julian Farrugia

Il-President George Vella kien ippreżentat bis-sett ta’ 4 kotba ‘Għamlu isem’ mill-awtur Joe Julian Farrugia fil-Palazz ta’ Sant Anton.

Dawn il-kotba, ippubblikati mill-Klabb Kotba Maltin, fihom 40 bijografija ta’ personaġġi Maltin u Għawdxin kull ktieb. Fih il-ħajja ta’ nies li lkoll għandhom storja warajhom u li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja. Fosthom issib sportivi, kantanti, atturi, artisti, mużiċisti, għannejja. kittieba, xandara u personalitajiet oħrajn li m’għadhomx magħna, iżda li f’ħajjithom għamlu isem f’xi qasam. Kull personaġġ għandu l-istorja tiegħu li hi parti mill-istorja tal-pajjiż. Il-bijografiji huma miktubin b’tali mod li jinkludu anki dettalji li ma kellhomx x’jaqsmu mal-qasam li fih il-personalitajiet għamlu isem, u allura tinħass ukoll l-umanità tal-personaġġ.

Il-President innota kemm fil-kotba hemm il-ħajja ta’ nies li ħafna jiftakruhom u żgur li l-qari ta’ Għamlu Isem iqanqal ħafna nostalġija. Hemm ukoll il-ħajja ta’ nies li forsi mhux kulħadd jafhom u dan iqanqal aktar interess.

Il-kotba għandhom daħliet mill-Profs. Oliver Friggieri, mill-awtur Charles Casha, mill-edukatriċi Maria Mintoff u mill-Imħallef Toni Abela rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend