AĠĠORNAT: 24 persuna ġew arrestati wara protesta fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: 24 persuna ġew arrestati wara protesta fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

24 persuna ġew arrestati mill-pulizija wara li t-Tnejn filgħaxija saret rewwixta ġewwa ċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Il-pulizija qalet li kien għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħaxija l-Pulizija marru fuq il-post fejn ġew innutati persuni ġewwa l-barracks b’wiċċhom mgħammad ikissru filwaqt li ma bdewx jobdu l-ordnijiet tal-uffiċjali tad-detenzjoni.

L-istess persuni bdew jaqilgħu knaten minn mal-bini u jwaddbu biċċiet minnhom lejn l-uffiċjali, filwaqt li għamlu diversi ħsarat fid-dormitorji u l-kamra tal-uffiċjali tad-detenzjoni.

Membri tal-Pulizija daħlu fil-post u ġabu s-sitwazzjoni lura għan-normal.

Dan filwaqt li tim mediku kien ukoll fuq il-post sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja.

Mhux eskluż li dawn il-persuni jitressqu l-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend