“Wasal iż-żmien għal riforma fil-PBS” – Robert Abela – One News

Notifiki

“Wasal iż-żmien għal riforma fil-PBS” – Robert Abela

Il-kandidat għal Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal kif wasal iż-żmien għal riforma għall-PBS. Hu ħabbar dan fuq il-programm Xarabank, fejn sostna li din ir-riforma ‘wasal żmienha u kif”. Waqt il-programm Abela wieġeb għal numru ta’ domandi fosthom dwar il-ħaddiema barranin u l-immigrazzjoni.

“Minhiex lest li nittollera sitwazzjoni fejn jiġi skapriċċat il-ħaddiem Malti minħabba l-ħaddiem barrani, iġifieri jekk il-ħaddiem barrani ser ikun qed jinġieb f’Malta biex jitnaqsu l-pagi tal-Maltin, dik hija sitwazzjoni li minhiex lest li nittollera. Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema barranin iridu jkunu skond il-ligi, skond ir-regolamenti. U din ngħida għaliex jekk ma jiġrix hekk, artifiċjalment jitniżżlu l-pagi tal-Maltin l-isfel. Dik sitwazzjoni li mhux ser naċċeta.

X’inhi d-domanda li xtaqtni nsaqsik u ma staqsejtekx?

Jekk hux ser nagħmel riforma fil-PBS. U r-risposta kienet tkun iva. Nemmen li hija meħtieġa.

Dwar il-ħaddiema barranin Robert Abela spjega kif Malta għandha bżonnhom sabiex tkompli ssostni t-tkabbir ekonomiku pero dan m’għandux isir għas-skapitu tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema Maltin.

Intant, fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni Dr Abela stqarr li din hija l-iktar deċiżjoni diffiċli li jista’ jieħu Prim Ministru hekk kif hemm każijiet ġenwini imma wkoll r-realta li pajjiżna qed jiġi mgħobbi b’piżijiet aktar milli jiflaħ. Irrimarka wkoll li kien hu biss li tkellem dwar din ir-realta f’dawn l-aħħar xhur u minkejja li kien hemm min għajru razzizt hu lest li jiddefendi l-pożizzjoni tal-Maltin.

Meta mistoqsi dwar il-kabinett id-deputat Laburista Robert Abela qal li mhu ħa jwiegħed xejn lill ħadd biex meta jiġi dak il-mument li jagħmel l-għażla ikun jista’ jagħmel din id-deċiżjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *