“Il-PL jibqa’ rebbieħ jekk Chris Fearne jkun Prim Ministru” – Emanuel Cuschieri – One News

Notifiki

“Il-PL jibqa’ rebbieħ jekk Chris Fearne jkun Prim Ministru” – Emanuel Cuschieri

Il-preżentatur fuq ir-radju tal-Partit Laburista Emanuel Cuschieri qal li jinsab konvint, li bi Chris Fearne Prim Ministru, il-Partit Laburista se jibqa’ jkun Partit rebbieħ.

F’attività taħt it-tinda f’Ħal Qormi, Emanuel Cuschieri elenka numru ta’ kwalitajiet fi Chris Fearne, fosthom li jara li l-Partit Laburista jkun b’saħħtu u jibqa’ jirbaħ l-elezzjonijiet, u li l-poplu jkun magħqud u jkun Prim Ministru ta’ kulħadd.

Emauel Cuschieri stqarr: “Chris Fearne se jimxi fuq il-passi tal-maħbub tagħna li ħa jibqa’ f’qalbna, Joseph Muscat, li jagħtina rebħa elettorali wara l-oħra, li jagħmel il-ġid fil-pajjiż, li jara li minn fommu joħroġ biss kliem ta’ mħabba, kliem ta’ għaqda, kliem li l-poplu jġibu viċin xulxin u ma jwiġibx għall-provokazzjonijiet ċari li jkunu qed isiru kontra l-Partit u l-Gvern.”

Żied li jinsab konvint li bi Chris Fearne mexxej, il-Partit Laburista jibqa’ b’saħħtu għaliex diġà wera kwalitajiet ta’ responsabbiltà fit-tmexxija tiegħu fil-qasam tas-saħħa.

Qal li Chris Fearne huwa l-awtur ta’ miżuri importanti fis-settur, li bihom gwadanjat is-saħħa tan-nies, u li grazzi għalihom u ġid ieħor li ħoloq il-Gvern, il-Partit Laburista baqa’ jmexxi l-pajjiż.

Emanuel Cuschieri temm jawgura lil Chris Fearne għaliex qal li jaf li jekk jingħata l-fiduċja, se jassigura l-għaqda fi ħdan il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend