Il-Kap tal-Forza Rivoluzzjonarja fl-Iran jinqatel f’attakk mill-ajru mill-forzi Amerikani – One News

Notifiki

Il-Kap tal-Forza Rivoluzzjonarja fl-Iran jinqatel f’attakk mill-ajru mill-forzi Amerikani

Il-Kap tal-Forza Rivoluzzjonara fl-Iran, il-Ġeneral Qasem Soleimani, inqtel minn forzi tal-Istati Uniti fl-Iraq fl-aħħar sigħat. Fi stqarrija l-Pentagon fl-Amerika kkonfermat li dan kollu sar fuq ordni tal-President Donald Trump.

Jidher li l-Ġeneral Soleimani kien passiġġier f’karozza fi triqtu lejn l-ajruport f’Baghdad meta nqatel f’attakk mill-ajru. Il-midja internazzjonali qed tispjega kif dan kein figura ewlenija fir-reġim Iranjan, tant li kien meqjus minn bosta bħala figura nazzjonali.

Il-mexxej suprem tal-Iran issa ħareġ jgħid li l-imħuħ wara l-attakk se jpattu qares.

L-Istati Uniti kienet tqis lil-ġeneral bħala mexxej ta’ għaqda terroristika, u żammet lilu u l-forzi mmexxi minnu responsabbli għall-qtil ta’ mijiet ta’ uffiċjali Amerikani.

Ritratt: AFP/ Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend