Fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jaslu s-Slaten Maġi – One News

Notifiki

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jaslu s-Slaten Maġi

Hekk kif ninsabu fi tmiem tal-attività tal-presepju ħaj ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, bħala parti mit-tradizzjoni, f’Jum l-Epifanija issir l-attività tas-Slaten Maġi. Din is-sena ser issir minn sinerġija ta’ rħula Maltin bl-attivitajiet mifruxin fuq jumejn.

It-tluq se jkun mill-Birgu, Città Vittoriosa is-Sibt, 4 ta’ Jannar fl-10.30 ta’ filgħodu. Dakinhar it-Tliet Rejiet imbagħad se jaqsmu b’dgħajsa tradizzjonali għax-Xatt tal-Belt Valletta, il-Ħamrun u Raħal Ġdid. Il-Ħadd, fl-Epifanija fit-8.30am il-Maġi se jduru madwar it-toroq medjavali tal-Imdina u wara jibqgħu sejrin il-Mellieħa fid-dar tal-anzjani u attività fil-pjazza tal-Mellieħa fejn issir il-laqgħa ma’ Erodi.

It-Tliet Slaten Maġi jitilqu biż-żwiemel lejn iċ-Ċirkewwa sabiex eventwalment jaslu u Għawdex għal ħabta ta’ 3 ta’ filgħaxija u mill-Port tal-Imġarr jibdew l-aħħar vjaġġ u d-dħul trijonfali ġewwa Bethlehem f’Għajnsielem sabiex jaduraw u joffru r-rigali lil Bambin Ġesù. Dan jwassal għal għeluq tal-11-il edizzjoni ta’ din l-attività li għal darb’oħra attirat eluf ta’ viżitaturi matul ix-xahar tal-animazzjoni.

Dan huma l-attivtajiet tas-slaten maġi:

Is-Sibt 4 ta’ Jannar 2020

10:30-13:30 – Attività fil-Birgu (L-attività tibda f’Couvre Porte).

14:00 – Wasla l-Valletta Waterfront (minn fejn jitilqu lejn il-Ħamrun biż-żwiemel).

16:00-17:30 – Attività fil-Ħamrun (quddiem is-Santwarju tas-Samra).

18:30-20:00 – Attività ġewwa Paola (fil-pjazza Ewlenija).

Il-Ħadd 5 ta Jannar 2020

08.30 – Il-Maġi jidħlu l-Imdina.

11:00- Żjara dar tal-Anzjani fil-Mellieħa.

11.45 – 12:30 – Attività fil-Mellieħa (laqgħa tal-Maġi ma’ Erodi fil-pjazza).

12:30 – Il-Maġi jitilqu mill-Mellieħa lejn iċ-Ċirkewwa.

14:15 – Il-Maġi jaqbdu l-vapur lejn Għawdex.

16:00 – Il-Maġi jaslu f’Bethlehem f’Għajnsielem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend