Arrigo spiċċa teżorier tal-PN wara li ma sabu lil ħadd – One News

Notifiki

Arrigo spiċċa teżorier tal-PN wara li ma sabu lil ħadd


Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ġie appuntant teżorier tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li l-Partit Nazzjonalista immexxi mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia falla milli jsib persuna biex timla’ din il-kariga importanti.

Kienet il-gazzetta MaltaToday, li l-Ġimgħa waranofsinhar żvelat li kien l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li għarraf lid-deputati nazzjonalista bil-ħatra ta’ Arrigo f’din il-kariga li kienet ilha battala għal bosta xhur.

Dan wara li l-Partit Nazzjonalista baqa’ jsibha bi tqila biex isib bniedem li uffiċjalment kien lest jidħol għall-kariga ta’ teżorier.

Il-gazzetta rrapportat li l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjoanlista qal lid-deputati tiegħu li ltaqa’ ma’ bosta ostakli biex isib bniedem li kien lest jieħu r-responsabbiltà tal-finanzi tal-Partit Nazzjonalista, li kif inhu sigriet magħruf, jinsabu f’qagħda mwiegħra b’miljuni ta’ ewro f’dejn.

Saħansitra, Arrigo se jidħol f’din il-kariga wara li l-Partit Nazzjonalista kien ilu xhur jipprova jikkonvinċi lil xi ħadd bil-messaġġ ikun li ma kellhomx għax jitgħabbew bir-responsabbiltà. Dan għax ix-xogħol seta’ jagħmlu ħaddieħor.

Iżda dan ukoll ma kkonvinċa lil ħadd għax jafu li llum ftit tista’ tkun teżorier tad-dieher. Dan għax il-liġi tal-finanzjament tal-partiti titfa’ piż fuq il-bniedem li jokkupa din il-kariga fejn fost oħrajn, f’każ ta’ ksur tal-liġi, hemm sanzjonijiet fuq it-teżorier.

Il-Partit Nazzjonalista spiċċa bla teżorier wara r-riżenja ta’ Antoine Zammit f’Settembru li għadda. Zammit ma kellu ebda esperjenza u fil-fatt dam fil-kariga mill-Milied sa San Stiefnu għax irriżenja xahar biss wara li nħatar.

Sorsi kienu spjegaw li Zammit ma kienx tal-qatgħa iżda Delia ma kellux għażla oħra. Zammit spiċċa umiljat wara li mar jitlob parir fuq il-banking fi grupp ristrett għan-Nazzjonalisti fuq Facebook.

F’dan il-kuntest, il-fazzjoni ta’ Busuttil kienet diġà bdiet turi dubji kbar dwar il-ħiliet fil-finanzi ta’ Zammit biex jipprova jfejjaq is-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra li jinsabu fiha l-Partit Nazzjonalista.

Zammit irriżenja wara li ONE News kixef kif kien tella’ filmati fuq Youtube wara li l-kaxxa li tipprovdi xandir illegali ta’ eluf kbar ta’ stazzjonijiet waqfet turi l-films pornografiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend