Marvel se tintroduċi l-ewwel eroj transgender – One News

Notifiki

Marvel se tintroduċi l-ewwel eroj transgender

Kevin Fiege mill-kumpanija Marvel Cinematic Universe, ħabbar li f’film li qed jinġibed bħalissa se jiġi introdott l-ewwel eroj transgender.

Meta kien mistoqsi jekk humiex se jiġu introdotti aktar karattri LGBTIQ, huwa wieġeb fl-affermattiv għaliex f’din is-sena se jkun introdott karattru ieħor, li hu gay.

Fl-2019 kien hemm indikazzjonijiet li se jkun hemm karattru transgender fl-Avengers Infinity saga.

Marvel ħabbret ikun li se tkun qed tintroduċi karattru li nieqes mis-smigħ. Fiege stqarr li huwa importanti li l-karattri jirriflettu d-dinja reali sabiex l-udjenza kollha tkun tista’ tara lilha nnifsa. Dan kien is-sigriet għas-suċċess ta’ Captin Marvel u Black Panther.

Ritratt: Marvel Studios

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend