Jammetti li kien vjolenti ma’ martu u wliedu – One News

Notifiki

Jammetti li kien vjolenti ma’ martu u wliedu

Inġliż ta’ 35 sena li jgħix il-Gżira tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal 3 snin u ngħata multa ta’ €800 wara li tressaq il-Qorti akkużat li kien vjolenti ma’ martu u wliedu.

L-Inġliż li jismu ma jistax jixxandar minħabba ordni tal-Qorti, tressaq minħabba li kisser bieb tad-dar u hedded lill-pulizija.

Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti semgħet kif ir-raġel għandu problema bix-xorb u ordnat lir-raġel biex ma jersaqx lejn martu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend