F’Heathrow: Tliet membri tal-ekwipaġġ tal-British Airways mietu f’ħabta bejn karozza u trakk – One News

Notifiki

F’Heathrow: Tliet membri tal-ekwipaġġ tal-British Airways mietu f’ħabta bejn karozza u trakk

Tlett membri tal-ekwipaġġ mietu lejliet is-sena l-ġdida f’ħabta bejn karozza u trakk ħdejn l-ajruport ta’ Heathrow. Huwa mifmum li l-persuna oħra li kienet fil-karozza tinsab f’kundizzjoni serja intant l-Pulizija qed jappellaw sabiex ix-xhieda jersqu l’quddiem.

Il-linja tal-ajru qalet li r-raba’ persuna li sfat vittma hija wkoll impjegata tal-kumpanija British Airways. L-erbgħa li huma, huma maħsuba li kienu ħbieb.

Il-kelliem tal-kumpanija tenna li jinsabu mnikktin ħafna b’din l-aħbar tal-kollegi tagħhom u qalu li ħsibijiethom huma mal-familja u l-ħbieb tagħhom f’mumenti bħal dawn.

Il-ħabta bejn iż-żewġ vetturi seħħet ftit qabel nofsillejl ta’ lejliet is-sena l-ġdida.

Iż-żewġ irġiel ta’ 25 sena u 23 sena u t-tfajla ta’ 20 sena, rispettivament mietu fuq l-post mal-aċċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend