Il-Papa Franġisku talab skuża għar-reazzjoni li kellu lbieraħ filgħaxija ma’ pellegrina fil-Pjazza San Pietru fil-Vatika
Il-Papa kellu jinġibed lura minn mara li kienet fil-folla tistenna biex tieħu b’idejn il-Papa f’Lejlet l-Ewwel tas-Sena. Hija dehret tiġbidlu jdejh u tiġbdu lejha.
Dak il-ħin il-Papa kien qiegħed miexi fil-pjazza jsellem lill-pellegrini. Wara li resaq u sellem tifel żgħir, il-Papa deher jimxi ‘l bogħod mill-folla sakemm mara li kienet mal-barrikati dehret taħtaflu jdejh u tiġbdu lejha. Dan il-ġest għall-għarrieda deher li weġġa’ lill-papa bir-reazzjoni tiegħu tkun li jagħtiha daqqa ħafifa fuq idha qabel ma ġibed idejh lura.
B’reazzjoni, għal dan il-ġest, il-Papa talab skuża waqt l-Angelus ta’ nhar l-Ewwel tas-Sena u qal li tilef il-paċenzja. Huwa żied jgħid li ta eżempju ħażin.