Il-funeral se jsir il-Ħamis il-Vatikan u d-difna se ssir Malta – One News

Notifiki

Il-funeral se jsir il-Ħamis il-Vatikan u d-difna se ssir Malta

Il-funeral tal-Kardinal Malti Prospero Grech se jsir nhar il-Ħamis tnejn ta’ Jannar fuq l-altar tal-Kattedra fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan fil-11:30 ta’ filgħodu.

Il-Provinċja Agostinjana Maltija li kien jifforma parti minnha l-Kardinal qalet fi stqarrija li bħalissa qed tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex wara l-funeral, il-ġisem tiegħu jinġeb Malta biex issir id-difna.

Il-Kardinal Prospero Grech miet ilbieraħ fl-għomor ta’ 94 sena fl-Italja.

Huwa twieled il-Birgu u kien it-tieni Kardinal fl-istorja ta’ Malta, meta nħatar mill-Papa Emeritu Benedittu Sittax fil-Bażilika ta’ San Pietru waqt laqgħa pubblika fi Frar ta’ 8 snin ilu.

Aqra wkoll:

Imut il-Kardinal Prospero Grech fl-età ta’ 94 sena

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend