ARA: Il-piż kollu fuq Delimara sakemm jissewwa l-interconnector – One News

Notifiki

ARA: Il-piż kollu fuq Delimara sakemm jissewwa l-interconnector


Il-ġenerazzjoni kollha tal-elettriku f’pajjiżna qiegħda sseħħ mit-tliet power stations li l-kumpanija Enemalta għandha f’Delimara.

Dan wara li fit-23 ta’ Diċembru li għadda, l-interconnector bejn Malta u Sqallija ġarrab ħsarat kbar.

Il-maġġoranza tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ġejja mill-impjant tal-Electrogas li kapaċi jipproduċi aktar minn nofs l-enerġija ġġenerata bħalissa, jiġifieri 210 megawatts.

L-impjant tal-BWSC li nqaleb għall-gass qed jipproduċi 153MW ieħor sabiex flimkien dawn qed jipproduċu 363MW.

Sabiex jitnaqqsu l-interuzzjonijiet, l-Enemalta qed tħaddem ukoll it-tielet impjant bid-diesel biex jilqa’ għaż-żieda fid-domanda. Il-pannelli solari fuq il-bjut qed jipproduċu medja ta’ 95MW ta’ enerġija.

Qabel ma nqalgħet il-ħsara fuq l-interconnector, pajjiżna kien kapaċi jiġġenera 753MW u issa b’din l-interruzzjoni, l-impjanti ta’ Dellimara waħedhom qed jiġġeneraw 553MW.

Dan ifisser li mingħajr il-power staion tal-Electrogas, konna se nkunu qed niġġeneraw 353MW, 100 megawatt anqas mid-domanda meħtieġa f’Jannar u 200MW anqas mid-domanda fix-xhur tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend