Xjenzat Ċiniż intbagħat tliet snin ħabs wara li stqarr hu stess ikkrea trabi billi biddel il-ġenetika – One News

Notifiki

Xjenzat Ċiniż intbagħat tliet snin ħabs wara li stqarr hu stess ikkrea trabi billi biddel il-ġenetika

He Jiankui nstab ħati li kiser l-ordni tal-Gvern li tipprojbixxi lil wieħed jagħmel esperimenti fuq embrijuni umani. Dan bħala prekawzzjoni kontra l-marda tal-HIV. Huwa kien immultat ukoll $430,000.

Huwa rċieva kritika minn madwar id-dinja, sa minn meta ħabbar t-twelid ta’ tewmin minn dawn l-esperimenti f’Novembru li għadda. Rapporti fil-midja qalu li kien hemm tarbija oħra li twieldet permezz ta’ dawn l-esperimenti iżda dan ma kienx ikkonfermat.

Il-Gvern Ċiniż qal li t-trabi qegħdin taħt osservazzjoni minħabba l-kundizzjoni.

Żewġt irġiel oħra tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ li huma kompliċi ma’ He Jiankui. Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li dawn ix-xjenzati kissru l-etika marbuta mar-riċerka xjentifika u medika

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend