Pubblikazzjoni ġdida titfa’ dawl fuq żmien il-preistorja – One News

Notifiki

Pubblikazzjoni ġdida titfa’ dawl fuq żmien il-preistorja


Qatt kellek xi mistoqsija jew kurżità dwar fatti preistoriċi li jikkonċernaw lil Malta?

X’ifissru is-16-il daqqa ta’ arzella fuq il-figura femminili tat-tafal fit-Tempji ta’ Ħal-Tarxien?

Ir-risposta għal din il-kurżità u oħrajn bħalha tinsab fl-aħħar pubblikazzjoni minn Heritage Malta bl-isem ‘Malta’s Prehistoric Treasures.

Ktieb li jiffoka fuq kollezzjoni ta’ 50 artifatt li ġew magħżula mill-Kollezzjoni Nazzjonali mill-mibki arkeologu Dr David Trump biex b’hekk jagħti lemħa lejn din il-parti antika tal-umanità.

Dwar dan ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, is-Sur Noel Zammit hekk kif spjega li l-publikazzjoni kienet mistħoqqa sew hekk kif hawn għatx kbir għall-informazzjoni dwar żmien il-presitorja.

Zammit spjega: “Il-preistorja huwa suġġett importanti ħafna għall-Malta, huwa suġġett imfittex ħafna minn min jiġi jżurna. Jiġu nies propjament apposta għall-arkeoloġija li għandna u b’hekk b’dan il-ktieb ser intejbu l-esperjenza ta’ kull min jiġi jżurna.”

Zammit ta togħma żgħira wkoll ta’ x’tinkludi din il-publikazzjoni. Huwa tenna: “Jinkludi numri ta’ affarijiet interessanti; figurini, jinkludi skavi li għamel David Trump ġox-Xagħra, affarijiet ta’ Skorba, Ħaġrat. Jinkludi numru varji ta’ oġġetti importanti li nstabu fl-iskavi li għamel David.”

Kull min jixtieq jembarka fuq dan il-vjaġġ ta’ qari li jipprovdi esperjenza mill-aqwa ta’ dan il-perjodu jista’ jixtri l-pubblikazzjoni l-ġdida mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend