Ilbieraħ ingħalaq il-kalendarju ta’ tlielaq tal-ġiri f’Malta u Għawdex permezz ta’ Nadur 8K. Din kienet il-ħames edizzjoni ta’ din il-ġirja fil-Gżira Għawdxija li hija magħrufa għal veduti mill-isbaħ tagħha. Il-Kunsill Lokali tan-Nadur jorganizza din l-attività permezz ma’ Garmin Malta, il-Ministeru għal Għawdex, u l-Gozo Sports Board. Kollaboraturi oħra jinkludi TriGozo, Athletix Gozo, u Shamrock Stars bħala skejjel tal-atletika f’Għawdex.
Din hija l-akbar attività sportiva mtella’ minn Kunsill Lokali u din is-sena involviet madwar 400 atleta ta’ kull età. Bħala avveniment jibda b’ġirja ta’ 8 kilometri, tkompli b’mixja ta’ 5 kilometri, u wara jsiru tlielaq ta’ 3 kilometri, 2 kilometri u 750 metru għat-tfal bejn 8 u 15-il sena. L-atleta Naduri Charlton Debono ġie
l-ewwel għal-ħames sena konsekuttiva b’rekord ġdid ta’ 25:29.
L-organizzaturi jaħsbu sabiex jagħtumedalja kommemorattiva lil kull parteċipant, din is-sena tirrappreżenta lil Bażilika tan-Nadur, kif ukoll goodie bag lil kull ġerrej. L-attività tant kibret li ssir id f’id mal-Pulizija, Transport Malta, u uffiċjali tas-sigurta, traffiku u ambulanza. It-tim organizzattiv jinkludi xejn inqas minn 60 voluntier, fosthom 35 marshall mat-toroq kollha.
Verament festa ta’ sports fi żmien tant sabiħ tal-Milied u l-aħħar tas-sena 2019.