Raġel b’daqna bajda ġie arrestat f’Colorado wara li allegatament seraq bank u waddab il-flus li seraq fl-arja filwaqt li għajjat b’ħanġra “Il-Milied it-Tajjeb’’ lin-nies fit-toroq.
David Wayne Oliver ġie arresteat wara li seraq il-bank Academy bank skond ir-rapporti tal-pulizija.
Is-suspettat hedded li jagħmel użu mill-arma li kellu fuqu u telaq ‘il barra mill-bank b’ammont sostanzjali ta’ flus li ammont eżatt għadu mhux magħruf. Hekk kif ħareġ Oliver beda jwaddab il-flus fl-arja mill-basket li kellu u jgħajjat il-“Il-Milied it-Tajjeb’’ lin-nies li kienu preżenti.
Wieħed mill-persuni li kien xhud ta’ dan kollu tenna li uħud min-nies ġabru xi flus u rritornawho minnufih lil bank sakemm l-ħalliel Oiver mexa, poġġa fuq bank u deher jistenna lill-pulizija sabiex jiġu jarrestawh.
Il-pulizija qalu li eluf ta’ dollari għadhom ma nstabux u saħqu li ma għandhom l-ebda indikazzjoni li l-persuna użat arma.