“Jeħtieġ li tintemm l-inġustizzja madwar id-dinja” – il-Papa Franġisku – One News

“Jeħtieġ li tintemm l-inġustizzja madwar id-dinja” – il-Papa Franġisku

Taħt sema ċelesti quddiem eluf ta’ persuni fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, l-inġustizzja fid-dinja kienet il-qofol tal-messaġġ tal-Papa Franġisku għal dan il-Milied.

Fil-messaġġ tiegħu mill-gallarija tal-Vatikan, il-Papa Franġisku qal kif jeħtieġ li nsaffu qalbna u nagħmlu ħilitna biex intemmu l-inġustizzja billi nneħħu l-indifferenza ta’ bejnietna sabiex inwittu t-triq għal ħajja aħjar.

Il-Papa talab għal dawk li jinsabu milquta minn kunflitti f’pajjiżhom, diżastri naturali u mard, f’diversi pajjiżi madwar id-dinja fejn semma wkoll partijiet mill-Affrika li numru ta’ Kristjani nqatlu.

Il-Papa semma wkoll dawk li jiġu ppersegwitati għall-fidi tagħhom fejn semma każijiet fejn missjunarji spiċċaw maħtufa u vittmi ta’ gruppi estremisti.

Qal kif biex il-bidla ssir, aħna rridu nkunu aktar kompassjonati u mgħarrfa sew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend