ARA: Familja li ilha snin twal tirranġa u taħdem il-bambini – One News

Notifiki

ARA: Familja li ilha snin twal tirranġa u taħdem il-bambini


Il-Milied ma jiġix mingħajr il-Bambin.

F’maħżen f’Raħal il-Ġdid iltqajna mal-familja Brincat li ilha għall-erba’ ġenerazzjonijiet tiret is-sengħa taħdem fuq il-bambini.

F’dan il-maħżen sibna lil David, Josef u Pierre Brincat jirranġaw wħud minnhom u anki tagħmel mudelli oriġinali ta’ Ġesù Bambin.

Rajniehom issewwu Bambin li kellu s-swaba mkissrin. Il-proċess skata billi bdew jirfinaw s-swaba u jillixxaw u jneħħu l-parti żejda, sabiex hekk ikunu jistgħu jitwaħħlu s-swaba’ l-ġodda u mbagħad wara twaħħlu s-swaba’ li kienu għadhom mingħajr kulur.

F’kamra oħra f’dan il-maħżen beda proċess ieħor fejn beda jinżebaħ. L-ewwel, beda jinżebaħ il-biċċa l-kbira tal-Bambin, fejn ingħata madwar tlett passati ta’ żebgħa. Imbagħad imxew għal parti delikata bħal-għajnejn u ix-xagħar.

David Brincat spjegalna kif imbagħad il-Bambin jitħalla għal diversi sigħat sakemm jinxef u jerġa’ jingħata passata oħra ta’ żebgħa. Huwa spjega: “Maġġoranza ta’ bambini ġo Malta huwa xogħol tagħna, tan-nanniet tal-bużnanniet tagħna għax is-sengħa tmur lil hinn miż-żmien tal-illum. Is-sengħa aħna qegħdin ir-raba’ ġenerazzjoni, jiġifieri qed nitkellmu aktar minn mitt sena.”

Barra li jirrestawraw l-istatwi, il-familja Brincat jagħmlu wkoll il-figura tal-bambin fejn jinħadem bit-taħlita tal-ġibs u t-trab tal-irħam, li jieħu x-xhur sabiex jitlesta.

Brincat spjegalna kif is-sengħa tal-istatwi qed tonqos maż-żmien. Huwa sostna: “Is-sengħa qed tonqos, imma l-arti trid tkun ġo fik. Inutli tipprova taħdem, hawn min jaħdem imma l-arti, hija l-arti ġo fik. Jiena din l-arti tiegħi, hawn min għandu l-arti li jpinġi – jien ma nagħmiliex dik l-arti, imma din nagħmel.

Bla dubju l-Bambin fil-fisqija mpoġġi fil-maxtura jibqa’ il-figura ċentrali ta’ dan iż-żmien qaddis.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend