Xita ta’ ‘soft toys’ fil-grawnd tar-‘Real Betis’ – One News

Notifiki

Xita ta’ ‘soft toys’ fil-grawnd tar-‘Real Betis’

Il-grawnd ikoniku tat-tim Real Betis, tat-tim Spanjol ra xita ta’ softoys qabel il-logħba tal-Ħadd. Dan hekk kif Eluf ta’ soft toys inġabbru mill-partitarji tat-tim qabel il-logħba kontra Atletico Madrid u waddbuhom fil-grawnd.

Dan sabiex f’dan iż-żmien ta’ festi s-soft toys miġbura, ipoġġu tbissima fuq fomm it-tfal inqas ixxurtjati tal-lokal. Din hija t-tieni darba li dan l-ispirtu ġeneruż mela l-grawnd tar-Real Betis hekk kif sena ilu l-partitarji wkoll irrispondew bil-ħeġġa għall-appell tal-klabb biex jinġabru dawn il-ġugarelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend