L-ekonomija mistennija tibqa’ għaddejja b’ritmu mexxej – One News

L-ekonomija mistennija tibqa’ għaddejja b’ritmu mexxej

L-ekonomija Maltija mistennija tibqa’ għaddej b’ritmu mexxej minkejja li t-tkabbir huwa mbassar li se jimmodera.

Ikkonferma dan il-bank ċentrali f’rapport interim għall-ewwel nofs ta’ din is-sena, li qal ukoll li minn studji l-banek Maltin urew li huma reżiljenti.

Ir-rapport ikkonferma li s-settur tas-servizzi finanzjarji baqa’ b’saħħtu bl-uniċi riskji jkunu mill-ambjent finanzjarju u ekonomiku internazzjonali kurrenti.

Ir-rapport jirrakkomanda li l-banek ikomplu metodi ta’ self prudenti filwaqt li l-istituzzjonijiet għandhom itejjbu l-effiċjenza tagħhom fid-dawl ta’ strutturi tal-Gvern b’saħħithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend