Servizz biex jingħaraf l-awtiżmu fi stadju bikri – One News

Notifiki

Servizz biex jingħaraf l-awtiżmu fi stadju bikri

Is-servizz ta’ occupational therapist jiġi mogħti mid-direttorat fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa għall-istudenti bl-awtiżmu li jeħtieġu t-terapija.

Preżentament qed issir ħidma wkoll minn żewġ Occupational Therapists fi ħdan id-direttorat għal Servizzi Edukattivi.

Dan bil-għan li jiġi faċilitat it-tagħlim għall-istudenti li jkollhom sfidi differenti.

Dan l-istazzjon ltaqa’ ma’ occupational therapist mid-dipartiment tal-Assessjar għall-Iżvilupp tat-tfal Ruth Cutajar fejn sostniet kemm huwa importanti li ngħarrfu s-sinjali tal-Awtiżmu permezz ta’ testijiet li jsiru fi stadju bikri ta’ ħajjet it-tfal..

“Bħalissa għaddej servizz ta’ screening li huwa servizz mmexxi b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru tas-Saħħa li huwa mmirrat biex jaqbad jidentifika t-tfal li huma f’riskju li jiżvilluppaw l-awtiżmu u mbagħad jiġu riferuti hawnhekk u minn hawnhekk isirilhom t-testijiet, l-assessments neċessarji.” Stqarret Cutajar.

Spjegat kif it-terapija ssir b’mod individwali u tiġi ppjanata wara sensiela ta’ assessjar intensiv flimkien mal-ġenituri u dawk li huma responsabbli mill-ħarsien tat-tfal.

“Il-logħob huwa mezz kif it-tfal jiżvilluppaw, jiskopru l-ambjent tagħhom u jitgħallmu fuq l-affarijiet ta’ madwarhom. Jiġifieri jekk dik il-parteċipazzjoni ħa tkun nieqsa ħa taffettwa l-iżvillup.” Spjegat Cutajar.

Cutajar qaltilna wkoll li preżentament għaddej proġett fi skola fejn tfal bl-awtiżmu qed jirċievu terapija partikolari.

 “Iktar ma jkollna avvanzi fit-terapija, it-terapija hija t-tool tagħna, hija l-mezz tagħna ta’ kif aħna nistgħu ngħinu dat-tfal. Trid equipment u struttura apposta biex din it-terapija tingħata u bħalissa qed isir investiment biex ikollna kemm l-equipment u kemm l-istruttura apposta biex din it-tip ta’ terapija tista tingħata.” Ikkonkludiet Cutajar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend