Ftehim għal aktar opportunitajiet fil-qasam tal-films – One News

Notifiki

Ftehim għal aktar opportunitajiet fil-qasam tal-films

B’daqqa ta’ pinna l-Università ta’ Malta u l-Kummissjoni Maltija tal-Films iffirmaw ftehim li ser jara l-istudenti f’kors f’livell maġisteru fl-istudji tal-Films jibqgħu jgawdu minn studju tal-ogħla livell.

Waqt konferenza fejn fiha ġie ffirmat il-ftehim, ir-Rettur tal-Università Alfred Vella spjega kif grazzi għall-għajnuna finanzjarja li issa l-Università ser tkun qed tirċievi grazzi għal dan il-ftehim ser ikunu jistgħu jinġiebu f’Malta produtturi u artisti barranin sabiex jgħallmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fl-industrija mal-istudenti li jippareċipaw f’dan il-kors.

Ma’ ONE News il-Professur u kordinattriċi tal-Kors qalet li l-istudenti se jirċievu taħriġ formali fil-qasam taċ-ċinema.

“Aħna wasalna f’punt li kieku ma kellniex it-tiġdid ta’ dan il-kuntratt ta’ sponsoriżżazzjoni, finanzjarjament ma kienx ikun possibli li nistiednu pereżempju reġistri ta’ kalibru internazzjonali, directors of photography, script writers li jgħinu l-istudenti tagħna fit-taħriġ formali taċ-ċinema. Stqarret Il-Professur Floria Lauri Lucente.

Intant il-Kummissarju għall-Films Johann Grech spjega kif investiment u attenzjoni għall-edukazzjoni relatata mal-industrija tal-films ser twassal sabiex iktar żgħażagħ jimirħu u jaħdmu f’din l-industrija.

“B’hekk inkomplu ngħollu l-iskills tagħna, ngħollu t-talent tagħna, ngħollu n-knowledge tagħna u nirrispondu għan-needs tal-industrija tagħna.” Saħaq il-Kummissarju għall-films.

Huwa stmat li l-industrija tal-films, din is-sena ħalliet mal-40 miljun ewro fl-ekonomija Maltija bis-saħħa ta’ wieħed u għoxrin produzzjoni li għażlu l-gżejjer Maltin għall-produzzjonijiet tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend