Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività l-‘Milied Malti’ fin-Naxxar – One News

Notifiki

Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività l-‘Milied Malti’ fin-Naxxar

Bhas-snin ta’ qabel din is-sena wkoll il-kunsill lokali Naxxar sa jorganizza il-Milied Malti nhar is-Sibt u il-Ħadd li ġej.

Il-ħsieb ta’ din l-attività hija li minn ikun preżenti jara diversi wirjiet fil-kazini , kif ukoll ħafna talenti ta’ kant u żfin , u divertiment li għandu x’jaqsam mal-Milied.
Barra hekk se jkun hemm ukoll nies apposta libsin kustumi tradizzjonali Maltin u anke kustumi tal-Milied.
Fost il-ħafna li se jieħdu sehem se jkun hemm il-kantant popolari Malti Kevin Borg fejn se jagħmel kunċert il-Ħadd filgħaxija, se jkun hemm il-banda Victory u banda Peace Naxxar fejn se jagħmlu kunċerti tal-Milied kif ukoll se nintaqgħu ma’ għanejja li sa jagħmlu nofs siegħa jgħannu għanjiet tal-Milied.
Dan kollu quddiem il-knisja u fit-Triq Santa Lucia Naxxar.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend