BIL-FILMAT: Sewwieq ittieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tat-trakk – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Sewwieq ittieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tat-trakk

Sewwieq ta’ trakk li għandu 59 sena minn Ħal Kirkop ittieħed l-isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li daħal f’ħajt u ġarrfu.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq li mar jissikka wajer fit-trakk u aljena ruħu għall-fatt li t-trakk kien fuq gear.

Xhieda fuq il-post qalu li minkejja r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza huwa ma jidhirx li sofra ġrieħi gravi. Għaldaqstant, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Remiġ Ħal Kirkop.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend