ARA: Meta Malta tat kedda lill-Ġermanja – One News

Notifiki

ARA: Meta Malta tat kedda lill-Ġermanja

35 sena ilu l-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali rreġistra l-akbar attendenza fl-istorja tiegħu meta t-tim nazzjonali Malti lagħab kontra l-Ġermanja tal-Punent.

Dakinhar, aktar minn 35,000 persuna ppakjaw l-istadium ta’ Ta’ Qali sabiex assistew għal waħda mill-aktar wirjiet qalbiena li qatt lagħab it-tim Nazzjonali Malti. Minkejja li Malta tilfet fl-iskor ta’ tlieta bi tnejn il-wirja tal-plejers Maltin kienet waħda kbira fejn għal ħin twil iddominaw il-partita.

L-ewwel goal għal Malta ġie skurjat mill-plejer tar-Rabat Ajax Carmel Busuttil magħruf bħala l-Busu fil-ħdax-il minuta. Il-Ġermanja skurjaw l-ewwel goal tagħhom ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima sabiex din it-taqsima kienet għalqet bl-iskor ta’ wieħed b’wieħed.

Fid-69 minuta Klaus Allofs skurja it-tieni goal għal Ġermanja u fil-ħamsa u tmenin minuta l-istess plejer skurja t-tielet goal għat-tim Ġermaniż.

Madankollu, fis-sebgħa u tmenin minuta, l-plejer Malti Raymond Xuereb skurja it-tieni goal għat-tim Malti sabiex il-logħba ntemmet bl-iskor ta’ tlieta bi tnejn għat-tim Ġermaniż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *