Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sostna fi tmiem is-summit tal-mexxejja Ewropej fi Brussell li tul il-laqgħa ma saret l-ebda diskussjoni fuq l-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Michel sostna li dan sar għax l-inkjesti u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u biex ma jkunux ippreġudikati.
Michel qal li l-assassinju huwa attakk serju fuq il-libertà tal-kelma.