L-Ajruport Malti għadu kemm laqa’ s-seba’ miljun passiġġier – One News

L-Ajruport Malti għadu kemm laqa’ s-seba’ miljun passiġġier

Sentejn wara li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ sitt miljun passiġġier f’sena, issa l-mitjar Malti għadu kemm laqa’ s-seba’ miljun passiġġier; u għaldaqstant stabilixxa rekord ġdid tat-traffiku.

Dan jikkonferma l-bidu b’saħħtu għall-istaġun xitwi li ħabbar l-ajruport riċentament, li kkontribwixxa għal dan ir-rekord.

Kienet Antonia Kudatov, mara li tgħix l-Awstralja, li ssiġġillat dan ir-rekord, hekk kif kienet is-seba’ miljun passiġġier meta waslet għall-ewwel btala tagħha f’Malta fuq titjira tal-Air Malta minn Ruma.

Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Alan Borg qal li din l-okkażjoni tiċċelebra dak li jkun għaddej minn wara l-kwinti, jiġifieri determinazzjoni u ħidma sfiqa mill-ħaddiema – li mhumhiex biss dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ivvjaġġar, imma wkoll dawk li jieħdu ħsieb is-sigurtà u dawk fil-ħwienet fost l-oħrajn.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu Ronald Mizzi qal li dan ir-rekord jippremja l-ħidma ma taqta’ xejn tal-partijiet kollha interessati biex il-gżejjer Maltin igawdu minn konnessjonijiet dejjem aħjar u jibqgħu destinazzjoni attraenti.

Iċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Gavin Gulia wiegħed li l-Awtorità se tkompli taħdem mal-Ajruport biex jiġi ġġenerat aktar traffiku tul l-elfejn u għoxrin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend