Il-Kunsilli Reġjonali b’irwol kruċjali fil-lokalitajiet – One News

Notifiki

Il-Kunsilli Reġjonali b’irwol kruċjali fil-lokalitajiet


“Ir-riforma fil-Gvern Lokali ser tixpruna l-Kunsilli Reġjonali sabiex jaħdmu aħjar mal-Kunsilli Lokali favur titjieb fil-lokalitajiet u titjieb fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.”

Dak kien kliem is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis waqt laqgħa fejn fiha diversi awtoritajiet mill-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsilli Reġjonali ltaqgħu sabiex jiġu diskussi l-irwoli kruċjali li għandhom bis-saħħa tar-riforma tal-Gvern Lokali.

Id-Direttur tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, Marisa Pisani qalet li permezz ta’ din il-laqgħa twittiet it-triq il-quddiem għall-Kunsilli Reġjonali.

Pisani spjegat: “Il-laqgħa ta’ llum saret biex il-Kunsilli Reġjonali li issa għandhom il-funzjonijiet tagħhom stabbiliti b’liġi nara kif jistgħu jaħdmu ma’ awtoritajiet oħra ta’ Gvern Lokali sabiex il-funzjonijiet tagħhom jiġu moqdija dejjem għall-ġid tar-residenti u biex ngħollu l-livell ta’ kwalitá ta’ ħajja taċ-ċittadini tagħna.”

Dwar titjieb fil-lokalitajiet is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li issa l-Kunsilli Reġjonali jistgħu jqabbdu kumpaniji privati sabiex jevalwaw u jistħarrġu dwar it-tijieb li hemm bżonn fil-lokalitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari sostna: “Iqabbdu kumpanija privata u tara f’kull lokalità x’hemm ħażin u x’hemm tajjeb biex umbgħad dak ir-riżultat jersaq id-Dipartiment u anke npoġġuh fuq il-mejda tal-Parlament biex umbgħad inkunu nistgħu naraw fejn saru l-iżbalji u nirrangawhom.”

Fost il-bidliet ewlenin fir-riforma fil-Gvern Lokali hemm li issa l-Kunsilli Reġjonali huma livell ieħor ta’ Gvern Lokali, li għandhom responsabbiltà fil-qasam soċjali u li se joffru assistenza professjonali lill-Kunsilli Lokali fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend