Se tittella’ l-ħames edizzjoni tal-Milied fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Se tittella’ l-ħames edizzjoni tal-Milied fis-Siġġiewi

Kant, Ikel u Xorb, Logħob għat-Tfal u ħafna aktar f’atmosfera tal-Milied.

Dan huwa dak li se jkun qed jikkaratterizza l-ħames edizzjoni ta’ Milied fis-Siġġiewi, il-lokalità li l-qaddis patrun tagħha San Nikola għandu rabta speċjali mal-Milied.

Għal sena oħra l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħaseb biex jorganizza programm għal din l-attività li huwa wieħed varjat u li jolqot lill-persuni ta’ kull età.

L-aktar attrazzjoni li qed tiġbed interess hija dik ta’ paegent tal-istorja tal-milied li ser ikun fih is-sehem ta’ annimali filwaqt li warajh ikun hemm presepju ħaj. Iżda, dan mhux biss għaliex, se jkun hemm spjegazzjoni minn espert lokali dwar kif tagħmel presepju.

Ma jonqsux wkoll l-attrazzjonijiet għat-tfal b’bosta logħob, ikel tradizzjonali tal-Milied, xi tazza inbid sħuna u anke il-qastan. Se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ affarijiet tal-Milied minn bosta gabbani, żfin u anke kant tal-Christmas Carols.

Kull min żar Citta Ferdinand fl-aħħar jiem setgħa wkoll japprezza s-siġra tal-Milied f’nofs il-pjazza tar-raħal. Dan it-tiżjin se jkompli jiżdied ukoll biex jikkumplimenta din l-attività.

Milied fis-Siġġiewi se tkun qed issir nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru 2019 mill-4:00 p.m. ‘l quddiem fi Triq San Nikola u anke Pjazza San Nikola.

Din l-attività qed tittella’ bl-għajnuna tal-voluntiera u l-għaqdiet tar-raħal apparti wkoll l-għajnuna finanzjarja tar-Reġjun ta’ Nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend