Se tittella’ edizzjoni oħra tal-Milied f’Casal Paola – One News

Notifiki

Se tittella’ edizzjoni oħra tal-Milied f’Casal Paola

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2019 is-Soċjeta‘ De Paule ta’ raħal ġdid bl-għajnuna tal-kunsill lokali 
paola ser iżomm l-appuntament tagħha għal-attivita tant popolari MILIED F’CASAL PAOLA.  

Din l-attività ser tkum mifruxa fil-pjazza ta‘ Raħal il-Ġdid bejn is-2.30 p.m. u l-10 p.m.  
Fil-korsija tal-knisja parrokjali ser tiġi mħejjija nattività magħmulha minn ‘il fuq minn 2,000 xemgħa u 
għalhekk ilgallarija tal-orgni tal-knisja ser tkun miftuħa għall-pubbliku sabiex wieħed ikun jista jitla u 
jieħu r-ritratti minn fuq tal-istess nattività.  
Il-palk prinċipali ser ikun armat quddiem il-knisja flimkien ma stands tal-ikel, xorb u ħlewwiet 
tal-Milied. Fis-6.30 p.m. ser ikollna il-wasla tal-Father Christmas li ser jerġa’ jinżel minn fuq il-knisja 
parrokjali.  
Fis-7 p.m. ser nassistu għall-parata tal-Milied magħmula minn banedskejjel tażżfinkarrozini u aktar….  
F’kelma waħda lejla sabiħa bi spirtu tal-Milied.  
Il-ħwienet miftuħa ser jibqgħu miftuħa sa tard u fi tmiem l-attività tittella’ l-lotterija ta’ IXTRI U IRBAĦ 
li bdiet mit-8 sat 13 ta’ Diċembru jum l-attività.  
Il-premijiet huma dawk ta’ €250 €150 €100 f’cash.  
 
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend