Tkunx int fjur fuq it-tarmak, jekk se issuq, tixrobx! – One News

Tkunx int fjur fuq it-tarmak, jekk se issuq, tixrobx!


Mhux issa biss imma dejjem, tkunx fjur fuq it-tarmak.

Dan kien il-messaġġ ewlieni mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa li nieda kampanja biex anki f’dawn iż-żminijiet ta’ festi wieħed jieħu ħsieb u jekk se jixrob ma jsuqx.

Sabiex jitwassal dan il-messaġġ tant importanti hemm diversi korpi u entitajiet magħqudin flimkien.

Id-Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa, Paula Vassallo spjegat li “Qed naħdmu mal-entitajiet differenti kemm mal-korp, mar-road safety council, mal-emerġenza, man-national blood transfusion, mat-touring club, mac-civil protection, mal-pulizija kullħadd. Biex kullħadd iwassal dan il-messaġġ.”

Mal-entitajiet ingħaqdu wkoll l-aġenti tal-karozzi u l-muturi li saħqu dwar kif kullħadd għandu jġorr ir-responsabilità tiegħu u bil-ħsieb ta’ kullħadd nistgħu nevitaw it-traġedji fit-toroq.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha tnediet din il-kampanja sar aċċenn dwar l-għoti tad-demm.

Dan f’kuntest li d-domanda għad-demm tkun qawwija meta jkun hemm bosta inċidenti.

Fil-konferenza intqal li riċentament rajna tliet fatalitajiet li fihom kienu involuti ċiklist, passiġġier u persuna li kienet miexja fit-triq.

Għaldaqstant matul it-tnedija, ġiet mnedija wkoll il-kanzunetta ‘Fjur Fuq it-Tarmak’ li bil-messaġġ tagħha tolqtok fil-laħam il-ħaj sabiex nevitaw li jkollna iżjed vittmi fit-toroq tagħna.

Il-kantant Sebastian Calleja li qed iwassal dan il-messaġġ bil-vuċi tiegħi spjega kif nibtet l-idea għal din il-kanzunetta. Huwa sostna: “Xgħelna it-television u rajna l-ewwel aħbar li kienet persuna titlef ħajjitha. U minn hemmhekk xtaqna li nagħmlu xi ħaġa li tirrelata ma dan l-incident u ħriġna wkoll li mhux il-vittma biss huwa l-importanza li nagħtu imma hemm il-familja wkoll li tħalli warajk.”

F’għeluq it-tnedija nżammu 30 sekonda silenzju b’tifkira għall-vittmi u l-familji tagħhom filwaqt li tqassmet warda roża.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend