Tewmin jinżammu arrestati wara li allegatament wettqu sensiela ta’ serqiet – One News

Notifiki

Tewmin jinżammu arrestati wara li allegatament wettqu sensiela ta’ serqiet

Gordon u Stephen Cassar, tewmin ta’ 35 sena minn Ħal Qormi nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’sensiela ta’ serqiet.

Huma ġew akkużati li serqu basktijiet mingħand 3 nisa, bi 2 minnhom anzjani li għandhom aktar minn tmenin sena. It-tewmin wettqu dawn is-serqiet bejn Ottubru u Diċembru.

Wieħed mit-tewmin, Stephen Cassar jaħdem fuq t-togħbija tal-vapuri u ħuħ Gordon huwa student.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit, u Christina Delia wrew filmati ta’ CCTV, li fihom minn karozza reġistrata fuq missier l-akkużati, jidher Stephen ħiereġ jiġri, jaqbad basket, u jidħol lura fil-karozza bil-basket f’idu.

Waħda minn nisa ġriet għal ftit warajhom. Bil-mara nnutat il-vettura griża tat-tip Toyota Vitz u parti minn numru fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni. Il-pulizija sabet lit-tewmin u arrestathom.

Jirriżulta li t-tewmin għandhom problema tad-droga, u kien għalhekk li għamlu dan l-att.

Huma wieġbu ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom u nżammu arrestati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *