“L-Istrina se ssir għax il-marid m’għandux ġurnata jew ħin partikolari biex jingħata l-għajnuna” – il-President George Vella – One News

Notifiki

“L-Istrina se ssir għax il-marid m’għandux ġurnata jew ħin partikolari biex jingħata l-għajnuna” – il-President George Vella

Il-President George Vella u s-Sinjura Vella żaru l-Public Broadcasting Services (PBS) fejn iltaqgħu mal-Bord tad-Diretturi, il-Management u l-ħaddiema tax-xandir nazzjonali.

Waqt iż-żjara, ġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u l-PBS biex jiġi formalizzat l-impenn li jeżisti bejn iż-żewġ naħat b’rabta mal-Istrina.  Il-ftehim bejn l-MCCFF u l-PBS ġie ffirmat minn Marlene Mizzi u Charles Dalli rispettivament.

Iċ-Chairman tal-PBS Dott. Tonio Portughese wera sodisfazzjon għall-ftehim li ġie ffirmat u qal li x-xandir pubbliku għandu rwol fundamentali biex jeduka u jinforma lin-nies, iżda għandu wkoll rwol importanti fl-aspett soċjali.

B’referenza għall-Istrina, il-President Vella qal li l-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi se ssir bħas-soltu l-għada tal-Milied, fis-26 ta’ Diċembru, u mhux se titħassar jew posposta, għax il-marid m’għandux ġurnata jew ħin partikolari biex jingħata l-għajnuna.

Saħaq li fejn jidħol il-mard ilkoll għandna naqblu u jkollna rieda komuni li dakinhar tal-Istrina l-poplu għandu ċans li jkun magħqud, minkejja dak li għaddej minnu l-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend