Fl-Arabja Sawdija: Tiġi fi tmiemha s-separazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fir-ristoranti – One News

Fl-Arabja Sawdija: Tiġi fi tmiemha s-separazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fir-ristoranti

Sidien ta’ ristoranti fl-Arabja Sawdija mhux ħa jibqgħu obbligati li jipprovdu żewġ entrati separtati għan-nisa u l-irġiel.

Fil-passat sidien ta’ ristoranti kienu obbligati li jipprovdu entrata għan-nisa u t-tfal u oħra separata għall-irġiel. Matul dawn l-aħħar xhur din is-segregazzjoni ma baqgħetx tiġi infurzata f’postijiet pubbliċi u ristoranti.

Din id-deċiżjoni ġiet segwita minn għadd ta’ riformi soċjali li qed isiru fl-Arbja Sawdija. Aktar kmieni din is-sena jsiefru waħidhom mingħajr il-permess tar-raġel. Dan wara li mill-2018 in-nisa setgħu jibdew isuqu.

Minkejja li qed isiru dawn ir-riformi ħafna attivisti favur id-drittijiet tan-nisa qed isostnu li ħafna għad hemm ħafna liġijiet li huma diskriminatorji fil-konfront tan-nisa. Dan wassal biex bosta attivisti prominenti favur id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż jispiċċaw arrestati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend