Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 sena jsofri ġrieħi gravi wara impatt ma’ karozza fi Triq l-Imġarr, Ix-Xewkija, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta l-ħabta saret bejn karozza tat-tip Mercedes misjuqa minn mara ta’ 28 sena min-Nadur u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 58 sena li joqgħod in-Nadur ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u s-sewwieq tal-mutur ttieħed fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.