Filli jingħaqdu biex jagħmlu festa u jdoqqu u llum ingħaqdu flimkien għall-festa ta’ kuluri fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm hekk kif għadd ta’ baned u soċjetajiet mużikali relatati mal-festi ingħaqdu flimkien sabiex jagħtu d-demm.
Dan il-ġest nobbli huwa marbut mal-programm li jixxandar fuq ONE Radio ‘Minn Banda Għal oħra’.
Tkellimna mal-preżentatur ta’ dan il-programm Aaron Zahra li organizza din l-attività bil-ħsieb li is-semmiegħa tagħhom jingħaqdu flimkien u jagħtu d-demm.
“Għall-ewwel darba l-għaqdiet kollha li nsibu f’Malta u anke ukoll f’Għawdex ġew mistiedna sabiex f isem il programm li naghmlu kull nhar ta sibt jigu hawnhekk u jaghtu d demm. Hija haga sabiha li minkejja rivalita li jkun hemm fil-lokalitajiet, huwa sabih li llum neħħejna dik ir rivalita kollha inghaqadna bħala poplu wihed ghaqda wahda. Ghandna kazini tal baned, fratellanzi, kumitati, li flimkien ingħaqadna biex naghtu d demm.” Spjega Zahra.
Din l-attività tqassmet fuq tliet ijiem u fl-ewwel ġurnata taw donazzjoni ta’ demm ħamsa u sebgħin persuna minn għaqdiet differenti.
ONE News tkellem mal-infermier Tony Micallef li fisser l-importanza ta’ l-għoti tad-demm hekk kif hemm numru ta’ pazjenti li bħalissa jeħtieġu d-demm.
“Bl-istil ta’ ħajja tal-llum mhux faċli li ġġib in-nies jagħtu d-demm. Biss inizjattivi bħal din tal-llum hija injazzjoni kbira kbira għalina biex milħqu l-għan tagħna li fil-gżejjer tagħna niprovdu ammont ta demm ħieles mil-mard u li niprovduh fil-ħin.”Saħaq Micallef.
Tony Micallef saħaq ukoll kif minn donazzjoni waħda ta’ demm jistgħu jiggwadanjaw sa tliet persuni differenti u għalhekk l-importanza li wieħed jagħti d-demm hija għolja għax b’hekk nistgħu nsalvaw il-ħajjiet.