Fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex il-President tar-Repubblika jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, irid jingħad li l-Kostituzzjoni ma toffri ebda poteri lill-President, aktar minn dawk li huwa eżerċita s’issa.
Fi stqarrija li nħarġet mill-uffiċċju tiegħu il-President Vella qal li fl-aġir tiegħu ma jistax jaħdem barra mill-konfini tal-Kostituzzjoni għaliex jekk jagħmel hekk ikun huwa stess li qiegħed jikser il-Kostituzzjoni.
Għalhekk m’hemmx bażi legali u Kostituzzjonali biex jintlaqgħu dawn l-appelli.